Dwarna

Il-kampanja Kul Ħut Frisk hi kampanja ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea, immexxija mid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura u appoġġjata minn persuni u organizzazjonijiet relevanti u msieħba bħall-Għaqda Koperattiva tas-Sajd, il-Malta Chef Society, il-Fondazzjoni San Pietru, il-Fishing Trawlers Association, fish4tomorrow, il-Federation of Maltese Aquaculture Producers u l-Kooperattiva Nazzjonali tas-Sajd. Il-kampanja hi ko-finanzjata 75% Fondi UE u 25% Fondi Nazzjonali. Fil-ġranet li ġejjin il-kampanja ta’ għarfien se tara it-trailer tal-Kul Ħut Frisk iżur numru ta’ skejjel u postijiet differenti permezz ta’ road shows u fieri madwar Malta u Għawdex. Se jingħtaw riċetti u aktar informazzjoni fuq il-ħut, fejn il-kokijiet juru lill-pubbliku kemm hu sempliċi li ssajjar il-ħut u fejn se jagħtu riċetti faċli biex isajruhom id-dar u wkoll se jdewquhom il-prodott finali. .

Ħut frisk hu wieħed mill-aktar ikel tajjeb għas-saħħa għal kull età u b’hekk hu importanti li jkun parti mid-dieta tagħna. Ħut frisk hu sors importanti tal-omega 3, għandu ħafna proteini u ma tantx għandu xaħam saturat. Il-ħut frisk għandu ħafna nutrijenti bħall-Vitamina D u selenium.

Id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura,
L-Għammieri,
Triq Mgiered,
Il-Marsa.

Għaqda Koperattiva tas-Sajd
www.fishkoop.com
info@fishkoop.com

  Malta Chefs Society
www.maltachefssociety.org
info@maltachefssociety.org

Fondazzjoni San Pietru
www.saintpetersfoundation.org
tonspiteri@gmail.com

Fishing Trawlers Association (FTOA)
fishtrawlownassoc@gmail.com

fish4tomorrow
www.fish4tomorrow.com
info@fish4tomorrow.com

Federation of Maltese Aquaculture Producers:
john.refalo@bar.com.mt

Kooperattiva Nazzjonali tas-Sajd
www.fishcoop.org
fishcoop@maltanet.net